Call for Quotations – Mural Artist
🇲🇹 Il-Kunsill Reġjonali Lvant kiseb b’suċċess fondi għal proġett taħt il-Community Support Scheme tal-MCVS.
B’riżultat ta’ din l-opportunità, qed noħorġu sejħa ta’ kwotazzjonijiet għal artist ta’ murali.
It-tema se ddur madwar “FLOW”, billi tinkorpora l-elementi tal-ilma, il-moviment u l-interkonnettività, peress li dan huwa spazju li jinsab f’wied u li jintuża ta’ spiss minn dawk li jkunu għaddejjin minnu; filwaqt li tinkludi elementi li jirriflettu l-identità u l-karatteristiċi ta’ Birkirkara u r-residenti tagħha. Nixtiequ wkoll li d-disinn jinkludi xbihat li għandhom rabta mal-post fejn se jsir il-murali, biex b’hekk tinħoloq ideja aktar b’saħħitha bejn l-arti, l-ambjent ta’ madwarha u l-komunità lokali. Dan il-kunċett jorbot ukoll mat-tifsira storika assoċjata mal-isem ta’ Birkirkara, li jinvolvi l-moviment tal-ilma.
Il-post fejn se jsir il-murali: It-taraġ li jgħaqqad Triq Mannarinu ma’ Triq il-Vittmi tal-Gwerra fis-Swatar, Birkirkara.
Id-daqs tal-ħajt:
- Ħajt A: Tul 547 ċm, Għoli 328 ċm
- Ħajt B: Tul 298 ċm, Għoli 267 ċm
- Ħajt C: Tul 438 ċm, Għoli 532 ċm
- It-tul ġenerali tal-ħajt huwa ta’ 547 ċm
Jekk tixtieq tissottometti kwotazzjoni, ġentilment nitolbuk li din tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni qasira tal-metodu pjanat tal-ħidma li tistabbilixxi:
- L-iskop artistiku propost u l-interpretazzjoni tal-kunċett;
- Il-proċess ta’ żvilupp tad-disinn;
- Il-materjali u t-teknika li se jintużaw;
- Kwalunkwe kunsiderazzjoni jew rakkomandazzjoni dwar il-manutenzjoni;
- Is-CV tiegħek flimkien mal-portafoll.
Jekk jogħġbok innota li s-sottomissjoni ta’ kwotazzjoni se tkun parti mill-proċess ta’ evalwazzjoni tagħna.
Ġentilment ibgħat is-sottomissjoni tiegħek fuq regjun-lvant.dlg@gov.mt
Data tal-għeluq: 21 ta’ Awwissu 2026 f’nofsillejl.
Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Komunità (CSS) immaniġġjata mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (MCVS) appoġġjat mill-Ministeru għall-Inklużjoni u s-Settur Volontarju (MIV).
Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz tas-Skema ta’ Għajnuna fil-Komunita’ amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u s-Settur tal-Volontarjat.
——————————————————————————————————————–
🇬🇧The Eastern Regional Council has successfully secured funding for a project under the MCVS’ Community Support Scheme.
As a result of this opportunity, we are issuing a Call for Quotations for a mural artist.
The theme will revolve around “FLOW,” incorporating elements such as water, movement, and interconnectedness, as this is a space located in a valley used frequently by commuters; whilst including elements that reflect the identity and character of Birkirkara and its residents. We would also like the design to include imagery that relates to the mural’s location, creating a stronger connection between the artwork, its surroundings, and the local community.
This concept also ties closely with the historical meaning associated with the name Birkirkara, which is linked to the idea of running water. The aim is therefore to create a mural that thoughtfully combines themes of movement, community, heritage, and place within the broader “FLOW” narrative.
Mural location: The staircase connecting Mannarino Road to Triq il-Vittmi Tal-Gwerra in Swatar, Birkirkara.
Wall measurements:
- Wall A: Length 547cm, Height 328cm
- Wall B: Length 298cm, Height 267cm
- Wall C: Length 438cm, Height 532cm
- The general length of the wall is 547cm
Should you wish to submit a quotation, we kindly ask that it be accompanied by a brief method statement outlining:
- Your proposed artistic approach and interpretation of the concept;
- The design development process;
- The materials and techniques to be used;
- Any maintenance considerations or recommendations;
- Your CV including your portfolio;
Please note that the submission of a quotation will form part of our evaluation process.
Kindly send your submissions on regjun-lvant.dlg@gov.mt
Deadline: 21st August 2026 midnight
This project has been funded through the Community Support Scheme (CSS) managed by the Malta Council for the Voluntary Sector (MCVS) supported by the Ministry for Inclusion and the Voluntary Sector (MIV).
This project/publication reflects the views only of the author, and the MCVS cannot be held responsible for the content or any use which may be made of the information contained therein.
