March 20, 2024
Każin Sittin+

SEJĦA GĦALL-PERSUNI IKBAR FL-ETÀ INTERESSATI LI JIKSBU ĦILIET TEATRALI – 24.03.24
Qatt xtaqt titgħallem dwar it-teatru u id-dinja tagħha? Issa għandek iċ-ċans. Qed infittxu individwi biex jinaqdu ma’ Każin 60+, fir-reġjuni differenti, fejn se jintgħażlu massimu ta’ 25 persuna minn kull żona. Int tikkwalifika jekk:
- Tieħdu gost tkun parti minn grupp.
- Daħka tinżillek għasel.
- Ma tibżgħax tipprova affarijiet ġodda.
- Lest li taħdem bħala parti minn tim.
- Tħossok komdu tiċċaqlaq skont il-koreografija li tingħata u anke jekk spirtu pront.
- Jekk forsi tista’ tkanta jew iddoqq xi instrument (imma mhux neċessarjament).
Data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet: 24 ta’ Marzu 2024, f’nofsinhar.